Image default
Agenparl English Politica Estera Social Network

pr

(AGENPARL) – La Valletta (Malta), ven 15 marzo 2019

Publication Number: PR
Article Date: 15/03/2019
Title: STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI: Estiż is-servizz tal-assistenza legali b’xejn
Main Content:

Permezz ta’ avviż legali li ddaħħal fis-seħħ illum, Malta qiegħda timplimenta l-obbligu tagħha, sabiex tkun konformi mal-ligijiet Ewropej u internazzjonali li tipprovdi u tassigura għajnuna legali b’xejn f’tilwimiet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment b’konnessjoni ma’ Malta marbutin mat-tħaddim tad-dispożizzjonijiet dwar ir-Regolament tal-Kunsill numru 4/2009 u tal-Konvenzjoni tal-Aia (Hague Convention), ta’ ċittadini li jiġu minn pajjiżi differenti. 
Kull stat membru tal-Unjoni Ewropea għandu l-obbligu li jimplimenta dan ir-Regolament u għalhekk iċ-ċittadini Maltin se jkunu eliġibbli huma wkoll li jibbenefikaw mill-istess benefiċċju u l-istess drittijiet fiż-żona Ewropea. 
“Qabel dan l-intervent legali, kien qed ikollna ċirkostanzi fejn l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali Malta ma kinitx qiegħda tkun f’pożizzjoni li tipprovdi assistenza legali b’xejn lill-individwi li jkunu nvoluti fi kwistjonijiet ta’ tilwima transkonfinali fuq manteniment”, stqarr il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.
“Għalhekk, bil-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviz legali, dan il-Gvern ser jestendi s-servizzi tal-għajnuna legali b’xejn fir-rigward ta’ tilwimiet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment b’konnessjoni ma’ Malta, ta’ ċittadini li jiġu minn pajjiżi differenti għal kwalunkwe applikant, sew li jkun qiegħed juża l-liġi Ewropea jew il-Konvenzjoni tal-Aia dwar il-manteniment, sabiex b’hekk ikun assigurat aċċess ġust, ekwu u ugwali lil kulħadd għall-ġustizzja”, kompla jgħid il-Ministru Owen Bonnici.
Dan il-Gvern jibqa’ kommess li jkompli bir-riformi legali pożittivi sabiex bħala pajjiż inkunu dejjem f’pożizzjoni li nipprovdu servizzi ġusti, trasparenti, effettivi, mhux diskriminatorji u responsabbli, li jippromwovu l-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd. B’hekk, ir-rule of law u d-drittijiet tal-bniedem, jibqgħu jiġu ssalvagwardjati. 

Fonte/Source: https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2019/March/15/pr190545.aspx

Related posts

Com.stampa – EUROPEE: F.BOCCIA, BENE NUOVI ROBERTI E BARTOLO, AL SUD SERVE OVUNQUE NUOVA CLASSE DIRIGENTE

Redazione

Flash mob delle scuole per i 200 anni dell’Infinito di Leopardi

Redazione

Building Resilience through Social Transfers for Nutrition Security in The Gambia – Misira

Redazione

This website uses cookies to improve your experience. We'll assume you're ok with this, but you can opt-out if you wish. Accept Read More