Agenparl English Politica Estera Social Network

pr

(AGENPARL) – La Valletta (Malta), mar 12 febbraio 2019

Publication Number: PR
Article Date: 12/02/2019
Title: STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U KOMUNITAJIET: Jitnieda l-Karnival tan-Nadur
Main Content:

​Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha attendew kemm il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis u, is-Sindku tan-Nadur Edward Said, ġie imniedi l-Karnival tan-Nadur. 
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-Ministeru jinsab kommess li jkompli jippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta għal matul is-sena kollha u dan permezz ta’ diversi attivitajiet u inizjattivi. Fost l-attivitajiet hemm ukoll il-karnival li l-Ministeru jorganizza taħt il-kappa tal-Karnival Reġjonali għal Għawdex. 
Il-Ministru Caruana qalet li l-karnival li jsir fin-Nadur jsir b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali. Kemm il-karnival spontanju kif ukoll dak organizzat qed isiru b’mod kordinat biex ikollna program b’saħħtu li jattira l-udjenza li tħobb il-karnival. Għal dan il-għan, il-Ministeru qed jinvesti wkoll fondi mhux biss għal Karnival Reġjonali imma wkoll billi għall-ewwel darba fl-2018 ġie intordott il-karnival tas-sajf li għalih attendew ħafna dilettanti tal-karnival.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li l-Kunsill Lokali, bħala l-entità li hija l-aktar viċin in-nies, irid jirrispondi għall-aspettattivi leġittimi taċ-ċittadin u jrid iżomm il-lokalitajiet ħajjin, u l-Kunsill Lokali tan-Nadur, bħal ħafna kunsilli lokali oħra, qiegħed jagħmel propju dan. 
Parnis qal ukoll li jinsab konvint li minbarra li se toħloq aktar sens ta’ unità u se tippromwovi l-aspett tradizzjonali, din l-attività sussidjata taħt l-iskema Attivitajiet Kulturali bħas-snin l-oħra preċedenti, se tagħti spinta kemm kulturali kif ukoll turisitka. Huwa awgura wkoll li l-attività jkollha s-suċċes tagħha bħas-snin ta’ qabel.
Is-Sindku tan-Nadur, Edward Said, irringrazja kemm lill-Ministeru għal Għawdex kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet għas-sostenn biex titella’ attività bħal din. Is-Sur Said qal li r-raħal tan-Nadur sar sinonimu mal-Karnival f’Għawdex fejn ta’ kull sena jattira numru kbir ta’ viżitaturi. Il-Kunsill Lokali tan-Nadur jorganizza kemm il-karnival organizzat li ser isir nhar l-24 ta’ Frar u jibda fin-12.30pm kif ukoll dak spontanju li ser isir bejn l-1 u 5 ta’ Marzu, dejjem wara nżul ix-xemx.

Fonte/Source: https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2019/February/12/pr190274.aspx

Related posts

A drive to help Minnesotans get to work

Redazione Redazione

Drilon lauds signing of Revised Corporation Code

Redazione Redazione

Sen. Pacquiao on the Reinstatement of ROTC

Redazione Redazione

This website uses cookies to improve your experience. We'll assume you're ok with this, but you can opt-out if you wish. Accept Read More