Image default
Agenparl English Politica Estera Social Network

pr

(AGENPARL) – La Valletta (Malta), mar 12 febbraio 2019

Publication Number: PR
Article Date: 12/02/2019
Title: STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Main Content:

Għas-sitt sena konsekuttiva, mart il-Prim Ministru ta’ Malta u l-President tal-Alleanza Maltija tal-Mard Rari Michelle Muscat, kienet maħtura bħala patruna tal-EURORDIS l-Alleanza Ewropea tal-Mard Rari.
 
Is-Sinjura Muscat li hija l-fundatrici tal-Alleanza Maltija għal Mard Rari enfasizzat l-importanza li naħdmu mal-pazjenti li jiġu milquta minn dan it-tip ta’ mard. Fi gżira żgħira bħal Malta, persuna li jkollha marda rari, ħafna drabi  tispiċċa iżolata ġewwa darha, kemm għax ftit ikun magħruf dwar din il-marda, kif ukoll għax ħafna drabi jkun diffiċli li ssib appoġġ mingħand il-komunitajiet ta’ madwarha.
 
Is-Sinjura Muscat qalet li Malta qed tieħu rwol importanti f’dan il-qasam mhux biss fuq livell nazzjonali imma anke fuq livell Ewropew u internazzjonali meta fil-jiem li ġejjin Malta, permezz tal-Alleanza Nazzjonali se tkun parteċipi f’laqgħa li ser issir fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti, l-Istati Uniti.
 
Bħalissa, l-Alleanza tal-Mard Rari għaddejja b’kampanja nazzjonali biex ikun hawn iktar għarfien kif ukoll sabiex iktar pazjenti b’mard rari jingħaqdu flimkien u jagħtu appoġġ lil xulxin.

Fonte/Source: https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2019/February/12/pr190272.aspx

Related posts

A drive to help Minnesotans get to work

Redazione Redazione

Drilon lauds signing of Revised Corporation Code

Redazione Redazione

Sen. Pacquiao on the Reinstatement of ROTC

Redazione Redazione

This website uses cookies to improve your experience. We'll assume you're ok with this, but you can opt-out if you wish. Accept Read More