Agenparl English Politica Estera Social Network

pr

(AGENPARL) – La Valletta (Malta), dom 13 gennaio 2019 [unable to retrieve full-text content]Publication Number: PR
Article Date: 12/01/2019
Title: STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI Malta mudell għal pajjiżi oħrajn fejn jidħlu d-drittijiet tat-tfal
Main Content: ​“Ninsabu viċin li nimplimentaw liġi ħolisitika li tagħti aktar drittijiet lit-tfal u lill-vittmi ta’ vjolenza jew ta’ abbuż. Dan filwaqt li nieħdu azzjoni immedjata fil-konfront ta’ dik il-persuna li twettaq l-abbuż speċjalment fuq it-tfal”, qal il-Ministru Michael Falzon waqt li indirizza konferenza bit-tema Stop Sexual Violence on Children, f’Pariġi, Franza. Għall-konferenza attendew delegati minn Franza, mill-Belġju u mill-Awstrija fost oħrajn.Il-Ministru Falzon tkellem dwar il-Liġi tal-Protezzjoni tat-Tfal li diġà għaddiet mill-ewwel qari mill-Parlament u li se tieħu post tliet liġijiet oħrajn eżistenti. Qal li l-liġi l-ġdida se tiżgura li l-persuna li taġixxi b’mod vjolenti jew abbużiv tiġi indirizzata immedjatament. Dan kuntrarju għal dak li jiġri llum meta fil-maġġoranza tal-każijiet huma t-tfal u l-ġenitur vittma li jispiċċaw ikollhom jitilqu mir-residenza.Dawn il-bidliet għandhom jagħtu aktar direzzjoni u ħajja aktar serena lil dawk milquta. Fuq kollox huma l-interessi tat-tfal li se jingħataw prijorità f’kull deċiżjoni li tittieħed.Il-Ministru Michael Falzon spjega wkoll li l-liġi se tiżgura li tassenja persuna responsabbli lit-tfal l-aktar vulnerabbli minħabba s-sitwazzjoni partikolari li jkunu fiha. Il-liġi proposta tfasslet ukoll fit-tħaris tal-provedimenti tal-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tat-tfal, ikkonkluda l-Ministru Falzon.

Related posts

BFAR bares SAAD projects for E. Samar

Redazione Redazione

Suspension of Overnight Goods Vehicle Parking Spaces in Chun Yat Street, Tseung Kwan O

Redazione Redazione

Medical devices – List of events 2019

Redazione Redazione

This website uses cookies to improve your experience. We'll assume you're ok with this, but you can opt-out if you wish. Accept Read More