Home » PR
Agenparl English Politica Estera Social Network

PR

(AGENPARL) – La Valletta (Malta), gio 16 gennaio 2020

Publication Number: PR
Article Date:
Title: STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA Maħtur Kumitat tal-Kabinett dwar il-Governanza
Main Content:

Fl-ewwel laqgħa tiegħu dalgħodu, il-Kabinett il-ġdid iddiskuta u esprima qbil mal-proposta tal-Prim Ministru Robert Abela li jitwaqqaf Kumitat dwar il-Governanza.

 

Dan il-Kumitat tal-Kabinett għandu jieħu rendikont tal-miżuri li diġà twettqu u dawk li għad iridu jitwettqu, ibbażat fuq ir-rapporti li saru mill-Kummissjoni Venezja u mill-GRECO, u fil-kuntest ta’ taħditiet li diġà kien hemm fil-kumitat immexxi mill-President tar-Repubblika dwar tibdil Kostituzzjonali.

 

Abbażi ta’ dan ix-xogħol, għandhom imbagħad jiġu abbozati l-emendi u l-liġijiet meħtieġa biex il-pajjiż jassigura iktar governanza bħala waħda mill-prioritajiet tal-Gvern.

 

Il-Kabinett iddeċieda li l-kumitat jitmexxa mill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis, u jkun kompost mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurta Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, flimkien mas-Segretarju tal-Kabinett Mario Cutajar.

 

Il-Kumitat għandu jirraporta lura lill-Kabinett mill-iktar fis possibbli biex jibda jitwettaq il-programm meħtieġ. Waħda mill-prijoritajiet ewlenin għandha tkun l-emendi għall-ħatriet fil-ġudikatura.

 

Waqt din l-ewwel laqgħa tal-Kabinett il-ġdid, il-Prim Ministru saħaq fuq il-governanza b’saħħitha fl-oqsma kollha tat-tmexxija tal-Gvern u tal-amministrazzjoni pubblika. Qal li huwa d-dmir ta’ kull Ministru u Segretarju Parlamentari li jara li l-ħidma fl-oqsma tagħhom issir b’reqqa u b’kontabbilità, u skont kif titlob il-liġi.

 

Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar ix-xogħol ta’ kontinwità fuq il-programm tal-Gvern, kif ukoll fuq l-implimentazzjoni tat-tibdiliet meħtieġa, bl-għan li pajjiżna jkompli miexi ‘l quddiem bis-suċċess ekonomiku u soċjali.

 

 

Fonte/Source: https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2020/January/16/pr200054.aspx

Related posts

GARA DI BASKET DINAMO SASSARI – HAPOEL HOLON

Redazione

В Хакасии увековечили память фронтовика

Redazione

FORWARD LOOK: 27 JANUARY – 9 FEBRUARY 2020

Redazione

VISIT TO ISRAEL

Redazione

TRIP TO LIPETSK REGION

Redazione

CLAUDIA GERINI INCONTRA IL PUBBLICO. MARTEDì, 28 GENNAIO, 19.30, TEATRO SPINA, APERITIVO CON L’ATTRICE ROMANA E GLI INTERPRETI DEL FILM “A MANO DISARMATA”.

Redazione

This website uses cookies to improve your experience. We'll assume you're ok with this, but you can opt-out if you wish. Accept Read More