Image default
Agenparl English Politica Estera Social Network

pr

(AGENPARL) – La Valletta (Malta), mer 15 maggio 2019

Publication Number: PR
Article Date:
Title: STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ U DJALOGU SOĊJALI
Main Content:

​Daqt jitlesta x-xogħol ta’ restawr fuq il-faċċati tal-Arkivji Notarili, li jifforma parti minn proġett ta’ € 

Daqt jitlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-faċċati tal-Arkivji Notarili li qegħdin isiru mid-Direttorat tar-Restawr. Dawn iż-żewġ entitajiet, flimkien mal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern, jaqgħu fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Inbeda wkoll xogħol ta’ alterazzjonijiet u ta’ restawr fuq ġewwa tal-binja li tmiss mal-Arkivji f’217, Triq San Pawl, il-Belt. 
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura  u Gvern Lokali Owen Bonnici żar ix-xogħlijiet ta’ restawr u qal li “permezz ta’ dawn l-interventi mhux biss qegħdin niżguraw il-preservazzjoni ta’ binjiet sbieħ u storiċi fi ħdan il-belt kapitali tagħna imma qegħdin nagħmlu l-Arkivji Notarili aktar aċċessibbli billi nagħmlu użu mill-potenzjal tagħhom għall-benefiċċju tal-komunità tagħna. Bħala gvern aħna impenjati biex inkomplu nsaħħu u ninvestu fil-wirt kulturali tagħna billi nsaħħuh bħala prodott kulturali kemm għall-Maltin u kif ukoll għall-barranin.”
L-intervent fuq il-faċċati tal-Arkivji Notarili jinkludi primarjament ir-restawr tal-ġebel deterjorat, it-tneħħija tal-kisi u tal-fili b’bażi ta’ siment, l-istabilizzazzjoni ta’ ġebel maqlugħ, tindif u tqegħid mill-ġdid jew bini mill-ġdid ta’ partijiet mit-tessut tal-franka li kienu nieqsa jew deterjorati.
Dawn ix-xogħlijiet jiffurmaw parti minn proġett ta’ riabilitazzjoni b’valur ta’ €5m, ko-finanzjat mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF).
Il-proġett se jara t-trasformazzjoni ta’ 2 binijiet – l-Arkivji Notarili li jinsab f’palazz tas-seklu 18 fi 24, Triq San Kristofru fil-Belt Valletta, u l-binja li tmiss miegħu 217, Triq San Pawl. Dawn se jitniffdu u se jsiru ċentru ewlieni ta’ eċċellenza f’dak li jirrigwardja riċerka storika, konservazzjoni u xjenza. Għaldaqstant, il-fondi miksuba mhux biss qed jintużaw għall-preservazzjoni u għall-konservazzjoni tal-kollezzjoni li tgħodd ’il fuq minn volum notarili li għandhom prestiġju internazzjonali u valur storiku u kulturali iżda wkoll biex l-Arkivji Notarili u l-kollezzjoni miżmuma jsiru tassew aċċessibbli għar-riċerkaturi u għall-pubbliku ġenerali.
Il-binjiet se jkunu integrati f’ċentru uniku li jilqa’ fih repożitorju li jżomm fih il-volumi kollha b’mod professjonali u fl-aħjar ambjent possibbli kif ukoll laboratorju state-of-the-art għall-konservazzjoni tal-karta. Se jkun hemm mużew u ċentru tal-viżitaturi li juri partijiet mill-kollezzjoni u b’hekk jattira aktar riċerkaturi lokali flimkien mal-pubbliku u mat-turisti kulturali. Dan il-proġett se jindirizza wkoll ħtiġijiet ta’ riċerka fosthom reading room ġdida u spazju għal lectures. 
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Socjali Aaron Farrugia qal li dan il-proġett iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali huwa parti minn katina ta’ inizjattivi kulturali li qed jiġu appoġġjati mis-Segretarjat fosthom MUZA, Il-Palazz tal-Gran Mastru u t-Teatru Manoel. 
Aaron Farrugia żied li dan hu proġett Ewropew li huwa parti min-nisġa ta’ identità Ewropea: il-wirt storiku kulturali Malti hu wkoll il-wirt Ewropew kif ġie diskuss waqt il-laqgħa għall-ministri Ewropej fit-3 ta’ Mejju wara t-traġedja ta’ Notre Dame. “Fil-laqgħa ġiet iffirmata dikjarazzjoni li tgħid li hemm bżonn investiment qawwi f’dan il-qasam permezz ta’ programmi ta’ fondi Ewropej bħal: ERDF, Creative Europe, u Horizon Europe kif ukoll network Ewropew ta’ esperti biex jgħin lill-membri stati jwettqu proġetti kulturali u storiċi bil-għan li nippreservaw u nissalvagwardjaw il-wirt kulturali Ewropew li ħafna minnu jinsab f’periklu li jintilef”.
Iċ-ċentru l-ġdid tal-Arkivji Notarili se jinkludi wkoll akkomodazzjoni għall-artisti u għar-riċerkaturi, spazju għad-diġitizzazzjoni tad-dokumenti kif ukoll area għall-voluntiera. Dawn il-faċilitajiet se jwasslu biex l-Arkivji Notarili jsiru fost l-arkivji interazzjonali ewlenin fir-riċerka u l-preservazzjoni u l-konservazzjoni tal-wirt tal-karta.
Ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-faċċati, b’investiment ta’ madwar €, bdew f’April 2018 u diġà huma kważi lesti u koprew madwar 650 metru kwadru. Ir-restawr u l-alterazzjonijiet interni huma mistennija li jitlestew fl-aħħar kwart tal-2020.

Fonte/Source: https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2019/May/15/pr191054.aspx

Related posts

U.S. Secretary of Transportation Elaine L. Chao Announces $779 Million in Funding for Airport Infrastructure

Redazione

Speech and language: the crown jewel of AI with Dr. Xuedong Huang

Redazione

No: 139, 15 May 2019, Press Release Regarding the Participation of H.E. Minister Çavuşoğlu in the 129th Session of the Committee of Ministers of the Council of Europe

Redazione

This website uses cookies to improve your experience. We'll assume you're ok with this, but you can opt-out if you wish. Accept Read More